IT-TALBA TAR-RUŻARJU
Alla tagħna isma' t-talb tagħna, eħles/fittex għinna u ieqaf magħna.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.
Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna Ġesù li twieled għalina u li ried ikun ibnek bħalna. O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; ħu lġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.
Naħsbu fl-ewwel misteru minn tal-ferħ.
It-Tnejn - Il-Misteri tal-Ferħ
- Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla.
- Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.
- Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fil-Għar ta' Betlehem.
- Meta Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesù fit-Tempju.
- Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesù, u wara tlett ijiem sabitu jiddiskuti mad-dutturi.
It-Tlieta - Il-Misteri tat-Tbatija
- Meta Sidna Ġesù Kristu talba fl-ort u għereq lgħaraq tad-demm.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut ma kolonna u ġie msawwat.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib minngħand Pilatu sal-Kalvarju.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat miet.
l-Erbgħa - Il-Misteri tal-Glorja
- Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
- Meta Sidna Ġesù Kristu tela' s-sema.
- Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.
- Meta Sidtna Marija giet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
- Meta Sidtna Marija giet inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.
Il-Ħamis - Il-Misteri tad-Dawl
- Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan.
- Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta' Kana.
- Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar is-Saltna t'Alla u sejjaħ għall-indiema.
- Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.
- Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, ittifkira tal-Misteru tal-Għid.
Il-Ġimgħa - Il-Misteri tat-Tbatija
- Meta Sidna Ġesù Kristu talba fl-ort u għereq lgħaraq tad-demm.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut ma kolonna u ġie msawwat.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib minngħand Pilatu sal-Kalvarju.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat miet.
Is-Sibt - Il-Misteri tal-Glorja
- Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
- Meta Sidna Ġesù Kristu tela' s-sema.
- Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.
- Meta Sidtna Marija giet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
- Meta Sidtna Marija giet inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.
Il-Ħadd - Il-Misteri tal-Glorja
- Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
- Meta Sidna Ġesù Kristu tela' s-sema.
- Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.
- Meta Sidtna Marija giet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
- Meta Sidtna Marija giet inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.
Missierna
Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun dak li trid int, kif fis-sema hekda fl-art. Ħobżna ta' kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħal ma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tigrib iżda eħlisna middeni. Amen.
Sliema
Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen. [għal għaxar darbiet. x10]
Glorja
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa għal dejjem ta' dejjem. Amen.
Wara il-ħames misteri
Salve Regina
Sliema għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik, lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati, wlied Eva; lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f'dawn il-wied taddmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù, frott imbierek tal-guf tiegħek; o ħanina, o pija, o ħelwa Vergni Marija.
(Itlob għalina, qaddisa Omm Alla, biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu).
Skond il-fehma tal-Papa (jew ta’ l-Arċisqof)
Missierna … Sliem għalik, Marija … Glorja …
Għall-Erwieħ tal-Purgatorju
Missierna … Sliem għalik, Marija … Glorja …
L-LITANIJA LAWRETANA
Aġġornata bit-tliet invokazzjonijiet ġodda mill-Papa Franġisku fl-20 ta' Ġunju 2020
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena. Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna. Kristu, ismagħna.
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
Missier Etern Alla. Ħenn għalina.
Iben Alla li fdejt id-dinja.
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.
Imqaddsa Marija. Itlob għalina.
Imqaddsa Omm Alla.
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet.
Omm ta’ Kristu.
Omm il-Knisja.
Omm tal-ħniena.
Omm tal-grazzja ta’ Alla.
Omm it-tama.
Omm l-iżjed safja.
Omm l-iżjed nadifa.
Omm u xebba.
Omm bla tebgħa.
Omm li tistħoqq l-imħabba.
Omm tal-għaġeb.
Omm tal-parir it-tajjeb.
Omm ta’ min ħalaqna.
Omm ta’ min salvana.
Xebba kollok għaqal.
Xebba li tistħoqq kull qima.
Xebba li tistħoqq kull foħrija.
Xebba kollok setgħa.
Xebba kollok ħniena.
Xebba dejjem marbuta m’Alla.
Mera tal-qdusija.
Tron tal-għerf.
Bidu tal-ferħ tagħna.
Għamara tal-Ispirtu s-Santu.
Għamara ta’ kull grazzja.
Għamara ta’ kull tjieba.
Warda mistika.
Torri ta’ David.
Torri tal-avorju.
Dar tad-deheb.
Arka tar-Rabta l-ġdida.
Bieb tas-Sema.
Kewkba ta’ filgħodu.
Saħħa tal-morda.
Kenn tal-midinbin.
Faraġ tal-migranti.
Faraġ tal-imnikktin.
Għajnuna tal-Insara.
Sultana tal-Anġli.
Sultana tal-Patrijarki.
Sultana tal-Profeti.
Sultana tal-Appostli.
Sultana tal-Martri.
Sultana tal-Konfessuri.
Sultana tal-Verġni.
Sultana tal-Qaddisin kollha.
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.
Sultana mtellgħa s-Sema.
Sultana tar-Rużarju Mqaddes.
Sultana tal-Familja.
Sultana tal-Paċi.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja: aħfrilna nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja: ismagħna nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja: ħenn għalina.
V/. Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla.
R/. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu
O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna.
Ammen.